Home
GHALIEX QED NIDDEDIKA DAN IS-SIT LILL-PASSJONI TA' KRISTU? Il-Passjoni ta' Kristu - mewta pubblika taht tbatija mill-aktar tal-wahx gewwa Gerusalemm - hija grajja li l-nsara jirrakontaw ghaliex hija vitali ghat-twemmin taghhom. Hija l-grajja li Kristu Rxoxt jirrakonta. Kif inhi miktuba llum, il-Passjoni ta' Gesu' qatt ma kienet tasal ghandna tul is-sekli li kieku Gesu' ma kienx hu niffsu li ghamilha parti mir-rivelazjoni ta' l-Ghid. L-istorici ta' zmienu qatt ma semmghuha; Gesu' ghalihom kien bniedem insinificanti. U anke li kien sinifikanti, il-grajja tal-krucifissjoni ma kienitx xi grajja li ghandha tkun miktuba. Ftit li xejn hemm hjiel miktuba fuq il-krucifissjoni mill-kittieba kontemporanji ta' Gesu', li kienu mbuttati minn dak l-att barbaru. Anqas id-dixxipli ta' Gesu', mhollija ghalihom infushom ma hallewlna din l-istorja. Wara kollox l-evangelji jiddeskrivu li s-segwaci ta' Kristu, disappuntati b'dak li sehh gewwa Gerusalemm f'dawk il-jiem ma kienux f'qaghda li jirrakontaw din il-grajja li wara kollox huma kienu parti minnha. Naghtu harsa lejn id-dixxipli ta' Emmaws. Kienu zewg dixxipli li riedu jpoggu warajhom u jinsew dak li sehh fil-jum tal-Gimgha l-Kbira. Le, bil-hila taghhom biss id-dixxipli ta' Kristu ma kienux ser jrrakontaw dak li ghadda minn Kristu u li taghhom huma kienu okulari. Kien Kristu nnifsu li ta sens lill-grajja tal-passjoni u l-mewt tieghu meta qam mill-mewt u biddlilha it-tifsira taghha . Il-grajja ta' l-evangelu jaghtuna din it-tifsira. Dehrilhom gewwa Gerusalemm f'dak il-jum u qalilhom: Il-Paci maghkom. U meta qal dan uriehom idejh u gembu. Id-dixxipli tieghu ferhu meta rawh. Meta kien miexi maz-zewg dixxipli lejn Emmaus qalilhom: Ma tafux li Kristu kien jehtieglu jbati u jidhol fil-glorja? U beda' minn Mose u l-profeti kollha u fissrilhom dak kollu li l-iskrittura kienet tghid fuqu. In-narrazzjoni tat-Tbatija ta' Kristu li hemm imnizzla fil-vangelu kollha twieldu minn dak li qal Kristu Rxoxt. Il-Passjoni ta' Kristu hija grajja li tnissel tama. Bir-rebha tieghu fuq il-mewt Kristu ma hebiex il-pjagi tieghu anzi uriehom lill-Appostli. Ma kienux il-pjagi u t-tbatija, xi haga tal-misthija, anzi rivelazzjoni tal-qawwa t'Alla. U minflok grajja li kienet tpoggi fuq rashom akkuzi, Gesu' bidel il-qlub tas-segwaci tieghu billi nissel fihom interess liema bhalu meta dawn jiftakru fil-passjoni ta' l-Imghallem taghhom u dan kien igibilhom ferh kbir. Ma ghandniex nharsu lejn it-tbatija ta' Kristu mill-lenti ta' nies storici ghalkemm hija grajja b'gheruq fl-istorja tad-dinja. Imma bhad-dixxipli ta' Emmaus nharsu lejha mill-perspettiva tal-mistosijiet u dispjacir taghna. U bhalma Kristu kien ghajn ta' interpretazzjoni preciza ghalihom, hekk ukoll ikun ghalina ghajn ta' grazzji ta' ferh, pacenzja u moghdrija. Hija l-istorja tas-salvazzjoni taghna u grajja ta' tama. Kristu jghallimna kif ninterpretawha din il-grajja tat-tbatija tieghu, kif nghixuha, x'nistennew minn din id-dinja u x'ghandna nistennew u nittamaw. |
|||
|
|||
|
Kif jixhed l-isem stess, il - "gimghakbira.... devozzjoniet u uzani" is-sit joffri okazzjoni biex wiehed inissel fih qima lejn Dak li ta hajtu ghalina biex jifdina u jsalvna. Wiehed jifhem ukoll li ghalkemm ic-celebrazzjonijiet ta' dawn il-jiem xi ftit jew wisq ivarjaw fil-pajjizi tad-dinja kattolika, l-ghan taghhom hu wiehed: dak li n-nisrani jingabar u jahseb fuq dan il-misteru tat-tbatija ta' Kristu. It-tradizzjonijiet ta' pajjizi ohra huma nteressanti u sbieh daqs dawk taghna, li ma jhallu xejn nieqes minn dak li jixraq f'dawn il-jiem. Jalla kull min jimrah f'dan is-sit jnissel fih zerriegha ta' qima lejn it-tbatija ta' Kristu biex imbaghad jahsad imhabba u gratitudni lejn Gesu' l-akbar benefattur ta' l-umanita'. |
|||
|
|
|||
|
|
|
||
|
|
IKKLIKJA FUQ L-ISTAMPA U GHANDEK ISSIB ID-DATI LI FIH JIGI CELEBRAT L-GHID IMQADDES SAS- SENA 2215. |
||
|
|
|||



IL-GIMGHA MQADDSA FID-DINJA KATTOLIKA
